Apps

L-ikona ta’ Word Salad Surgery: madum bl-ittri ġo skutella tal-ħġieġ, u skalpell

Fuq l-App Store

Word Salad Surgery

Kliem ġdid fjamant bla sens, meħjut flimkien minn partijiet ta’ donaturi, kull tant żmien.

minn Pragmaphilia Labs, Diviżjoni tal-Għażż · B’xejn · iPhone, iPad u Mac

Niżżel mill-App Store Għall-iPhone. Il-verżjoni għall-Mac tasal dalwaqt.

Kull tant żmien (madwar darba fis-siegħa, sakemm ma tgħidx mod ieħor), Word Salad Surgery tħit flimkien kelma ġdida fjamanta, li tista’ tippronunzjaha u li hi vvintata għal kollox, minn partijiet ta’ donaturi, u Apple Intelligence, li taħdem fuq l-apparat tiegħek stess, tiktibha bħala daħla f’dizzjunarju:

Gingerwhomp (n.): the satisfying thud of a gingerbread house’s roof caving in.
(Nom: il-ħabta li tagħtik sodisfazzjon meta s-saqaf ta’ dar tal-gingerbread jaqa’ ’l ġewwa.)

L-ebda jumejn ma huma l-istess, l-ebda ħsara dejjiema, u m’hemmx bżonn ta’ loppju.

X’se jkollok

  • Notifiki: kull kelma tasal bil-kwiet, mingħajr ħoss, u l-qodma jitneħħew waħedhom.
  • Widgets fuq l-iPhone u l-iPad: il-Word of the Hour (il-kelma tas-siegħa) fuq il-Home Screen u l-Lock Screen tiegħek.
  • Il-menu bar tal-Mac: l-aħħar kelma u d-definizzjoni tagħha, bi klikk waħda.
  • L-app innifisha: Pragmaphilia’s Dictionary (id-dizzjunarju ta’ Pragmaphilia), bl-aħħar kelma fuq nett u l-kliem ta’ qabel taħtha, biex tikkopjahom u taqsamhom.
  • Tell a Story: storja qasira, miktuba fuq l-apparat tiegħek, li tuża l-kelma tiegħek eżatt kif inhi definita.
  • Settings għal kemm-il darba jasal il-kliem, parti tad-diskors u tema jekk trid (“a rainy Monday”, jiġifieri “Tnejn bix-xita”), u Pause Words għal meta jkollok bżonn tikkonċentra.

Ġej f’aġġornament futur: ibgħat lill-laboratorju l-kliem u l-istejjer favoriti tiegħek. Il-persunal tagħna jagħżel il-favoriti, u r-rebbieħa jieħdu xi rigali b’xejn mil-laboratorju.

Fuq xiex taħdem

  • iPhone u iPad b’iOS jew iPadOS 26 jew aktar ġdid.
  • Mac b’Apple silicon u macOS 26 jew aktar ġdid.
  • Id-definizzjonijiet jeħtieġu li Apple Intelligence tkun mixgħula, fuq apparat li jappoġġjaha. Mingħajrha, il-kliem jibqa’ jasal, biss mingħajr definizzjonijiet.

Privatezza

Ma tiġbor l-ebda informazzjoni dwar l-utenti: il-kliem jinħoloq ġewwa l-apparat tiegħek stess. Ara l-politika tal-privatezza tagħna.

Appoġġ

Għandek xi mistoqsija, jew kelma li ġabet ruħha ħażin? Ara l-paġna tal-Appoġġ għat-tweġibiet u biex tara kif tikkuntattjana.

Krediti

minn Pragmaphilia Labs, Diviżjoni tal-Għażż

John Mifsud
Pragmatista Ewlieni u Koreografu tal-Elettroni
Tamamo
Diżinjatriċi
Is-Sinjorina Sakamoto
Direttriċi tal-Laboratorju